Sewwieq ta' mutur isofri ġrieħi gravi f'inċident

Portugiż ta' 30 sena weġġa' gravi

Ritratt: Arkivji
Ritratt: Arkivji

Sewwieq ta' mutur ta' 30 sena ta' nazzjonalità Portugiża li iżda huwa residenti l-Imġarr, iktar kmieni dalgħodu kien involut f'inċident tat-traffiku waqt li kien qed isuq il-mutur tiegħu, u b'konsegwenza ta' dan, sofra ġrieħi gravi.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5:00 meta l-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq it-Torri, Tas-Sliema.

Il-Pulizija mid-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li raġel ta’ 30 sena mill-Portugall u residenti l-Mġarr, Malta, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qieħed isuq u waqa’.

Il-vittma ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka