Ħadd ieħor jibda bi traġedja: Żagħżugħ ta' 25 sena jitlef ħajtu fi Triq il-Kosta

Iż-żagħżugħ kien ma grupp ta' bikers oħra inkluż missieru

ritratt TVM.com.mt
ritratt TVM.com.mt

Dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja u għoxrin (0820hrs), il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq.

 

Il-Pulizija marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li ġuvni ta’ 25 sena, residenti n-Naxxar kien qed isuq mutur tat-tip Suzuki meta ghal xi raġuni tilef il-kontroll u kellu mpatt ma’ crash barrier.

 

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura medika, iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.

 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Stafrace Zammit LLD. Li ħattret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

 

Il-Pulizija mill-Għassa tan-Naxxar għaddejjin fl-investigazzjoni.

 

More in Kronaka