Aktar kmieni llum wara nofsinhar għall-ħabta tas-13:15, seħħ inċident fi Triq l-Avjazzjoni, il-Gudja, fejn fih mutur, intlaqat minn numru ta' brikks li waqgħu minn fuq trukk tat-tip DAF misjuq minn raġel ta’ 57 sena residenti Birżebbuġa.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija tad-distrett, flimkien ma’ ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur, ġuvni ta’ 23 sena residenti Ħ’Attard, l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Għalkemm il-kundizzjoni tiegħu għada mhux magħrufa, ġie kkonfermat li huwa ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjoni tal-Pulizija mid-Distrett taż-Żejtun għadhom għaddejjin.