Rumen imwaqqaf Sqallija b'10kg droga lejn Malta

L-awtoritajiet Sqallin waqqfu Rumen milli jitlaq lejn Malta b'10kg marijuana

Raġel ta' 29 sena ta' nazzjonalità Rumena twaqqaf mill-awtoritajiet fil-port ta' Pozzallo fi Sqallija milli jitlaq lejn Malta b'konsenja ta' marijuana.

Wara l-qabda tal-ġimgħa li għaddiet tas-Somalu b'36kg ta' droga Khat, l-awtoritajiet fil-post ta' Pozzallo arrestaw persuna oħra, din id-darba ta' nazzjonalità Rumena.

Waqt it-tfittxijiet fiż-żona ta' tluq fil-port ta' Pozzallo, il-pulizija nnutaw persuna li bdiet taġixxi b'mod suspettuż meta ra lill-awtoritajiet jagħmlu t-tfittxijiet. Dan l-aġir suspettuż wassal lill-awtoritajiet sabiex ifittxu lir-Rumen u l-bagalja tiegħu.

Waqt it-tfittxija instab li r-raġel kellu fil-pussess tiegħu numru ta' envelopps issiġilati sew sabiex jagħmluha iktar diffiċli li l-awtoritajiet jaqbduh.

Qalb l-affarijiet tar-Rumen instabu 49 pakkett mimlijin bil-marijuana, li ammontaw għal 10 kg.

Il-bagalja tar-Rumen, mimlija b'pakketti ta' droga
Il-bagalja tar-Rumen, mimlija b'pakketti ta' droga

More in Kronaka