Kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-3:30, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom għaliex kien hemm persuna feruta fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li Spanjol ta’ 34 sena kien involut f’argument ma’ persuna oħra ukoll ta’ nazzjonalità barranija u dan tal-aħħar kien allegatament taħ daqqa ta’ ponn u ħarab minn fuq il-post.
L-Ispanjol ittieħed permezz t’Ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzonijiet mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.