Filmat | Iħallina l-attur Gene Wilder fl-età ta' 83 sena

L-attur ta' 'Willie Wonka and the Chocolate Factory' u 'Young Frankenstein', Gene Wilder imut fl-età ta' 83 sena

Iħallina Gene Wilder...l-attur ta' 'Willy Wonka and the Chocolate Factory' u 'Young Frankenstein'...forst ħafna films oħrajn
Iħallina Gene Wilder...l-attur ta' 'Willy Wonka and the Chocolate Factory' u 'Young Frankenstein'...forst ħafna films oħrajn

L-attur Amerikan Gene Wilder, li ħafna jiftakru fl-irwol tal-film l-oriġinali ta' "Willy Wonka & the Chocolate Factory", "The Producers", "Blazin Saddles" u "Young Frankenstein", miet nhar il-Ħadd li għadda fl-età ta' 83 sena wara kumplikazzjoni mill-marda tal-Alzheimer, li Wilder kien ilu jbati minnha għal dawn l-aħħar tliet snin, iżda li dwarha għażel li ma jgħid xejn fil-publiku.

 

Wilder, iħalli memorji sbieħ u komiċi lill-ħafna li tul is-snin 80 u 90 jiftakruħ f'numru ta' films komiċi, ħafna drabi fil-kumpanija ta' Richard Pryor. Huwa kellu wkoll diversi kollaborazzjonijiet mad-direttur Mel Brooks, bl-aktar film memorabbli li dawn għamlu flimkien ikun "Young Frankenstein". 

Fis-snin 80, Wilder sar ukoll parti mill-memorja kollettiva ta' ħafna nies bil-film tiegħu, "Lady in Red", flimkien mal-attriċi Kelly Le Brock

Gene Wilder fil-film 'Young Frankenstein'
Gene Wilder fil-film 'Young Frankenstein'
Willy Wonka and the Chocolate Factory
Willy Wonka and the Chocolate Factory
Ma Kelly Le Brock fil-film 'The Woman in Red'
Ma Kelly Le Brock fil-film 'The Woman in Red'
Ma' Richard Pryor, f'wieħed mill-ħafna films li għamlu flimkien
Ma' Richard Pryor, f'wieħed mill-ħafna films li għamlu flimkien

More in Kronaka