Allegat stupru fl-Imsida...

Mara Irlandiża ta’ 45 sena allegat li ġiet stuprata ġewwa appartament fl-Imsida kmieni dalgħodu

Il-Pulizija qed jinvestigaw allegat każ ta' Stupru
Il-Pulizija qed jinvestigaw allegat każ ta' Stupru

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-01:15, il-Pulizija ġew infurmati li mara Irlandiża ta’ 45 sena allegat li ftit tal-ħin qabel kienet ġiet stuprata ġewwa appartament ġewwa Triq Rue D’Argens fl-Imsida, minn raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D. Clarke LLD li ordnat li ssir inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka