Dalgħodu għall-ħabta tas-7:15, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Luqa, Raħal Ġdid, meta raġel ta’ 28 sena minn Ħaż-Żabbar li kien qiegħed isuq vettura tat-tip Nissan Sunny, għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel ġo siġra.
Fl-istess vettura kien hemm ukoll mara ta’ 44 sena bħala passiġġiera.
Fuq il-post ġew minnufiħ imsejjħa l-Pulizija, flimkien ma’ ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Iktar tard ix-xufier ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief, filwaqt li l-passiġġiera qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-distrett għadhom għaddejjin.