Il-pulizija kkonfermat li l-katavru misjub fir-Ramla l-Ħamra nhar l-Erbgħa li għadda, huwa fil-fatt tal-Ungeriż, Bence Murinai ta' 17-il sena.
Il-vittma kien ilu nieqes għal diversi ġranet wara li kien qed jgħum f'Marsalforn, u dan ma telax lura.
Il-katavru kien instab mal-ħbula tal-bajja tar-Ramla l-Ħamra, li jidentifikaw iż-żona tal-għawwiema, wara li l-lifeguard kien lemaħ il-kadavru u ħaseb li kien hemm persuna qed titlob għall-għajnuna.
Il-katavru ma setax jittella' fil-bajja allura ttieħed fuq dgħajsa tal-Forzi Armati fil-port tal-Imġarr.