Ġuvni Franċiż ta’ 16-il sena indarab f' inċident ġewwa l-Bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan wara li waqa’ minn fuq dik li hi magħrufa bħala banana boat li kinet qegħda tiġi miġbuda minn speed boat b'veloċita kbira ġewwa l-bajja.
Dan ħareg wara stħarriġ preliminari li għamlet il-Pulizija wara li għall-ħabta tat-15:30, ġew infurmati mill-awtoritajiet tas-saħħa li kien għadu kemm seħħ inċident u marru mmedjatament fuq il-post.
Għaldaqstant il-ġuvni Franciż ttieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn ġie mogħti l-kura meħtieġa u ftit wara ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.
L-investigazzjonijiet mill-Għassa ta’ San Giljan għadhom għaddejjin.