Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija ta' Malta, wara ħidma intensiva fil-jiem li għaddew, arrestaw raġel ta’ 44 sena wara li nstab fil-pussess ta’ madwar 2,500 pirmla suspettati ecstasy, 250 gramma kokaina, raża u ħaxixa tal-kannabis. Ir-raġel instab ukoll fil-pussess ta’ arma tan-nar mingħajr liċenzja maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija.
Is-suspettat tressaq b’arrest il-Qorti llum fejn ġie akkużat b’pussess aggravat ta’ ecstacy u kokaina, kif ukoll pussess ta’ raża u ħaxixa tal-kannabis fost oħrajn.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u qed jinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.