Wieħed mill-aktar Matador rinomati fi Spanja, Victor Barrio, ta' 29 sena, imut waqt festival fi Spanja, hekk kif it-Toru li kien involut fil-Korrida miegħu, irnexxielu jwaqqgħu fl-art u jniffidlu sidru bi qrunu.
Mijiet ta' nies assistew għal dan l-inċident hekk kif kienu fl-arena bħala udjenza ta' dan il-festival tant popolari fi Spanja. Il-mewt ta' Barrio nqabded fuq il-cameras ta' stazzjon televiżiv lokali li kien qiegħed ixandar dan il-festival 'live'.
Il-Matador ittieħed l-isptar minnufiħ iżda tilef ħajtu wara ftit tal-ħin minħabba l-ġrieħi ġravi f'sidru kkawżati mill-qrejjen tat-Toru.
It-tradizzjoni Spanjola tal-Korrida ta' spiss tqajjem polemiki bejn dawk li huma kontra l-moħqrija tal-annimali u dawk li jisħqu li din hija tradizzjoni. Barrio kien l-ewwel Matador li miet f'dawn l-aħħar tletin sena, filwaqt li n-numru ta' Torijiet li jitilfu ħajjithom waqt festival ta' dan it-tip huwa ferm akbar.