Kmieni dalgħodu, fiċ-ċentru kummerċjali 'CITY 2' fi Brussell, raġel ġie arrestat wara li aktar kmieni kien ċempel lill-Pulizija biex jinformahom li kellu bomba fuqu.
Wara l-arrest, l-iskwadra ta' kontra t-terroriżmu ikkomfermaw li r-raġel ma kellu ebda splussiv fuqu.
Sadanittant, it-toroq madwar iċ-ċentru kummerċjali għadhom magħluqin hekkk kif il-bomb disposal unit qegħdin jaċċertaw li m'hemm ebda bomba fil-madwar.
Il-Prim Ministru Belġjan, Charles Michael stqarr li "ġħalissa s-sitwazzjoni qiegħda taħt kontroll, iżda l-livell ta' sigurtà se jibqa' fuq l-ogħla livelli."