'Ġej għalina u se joqtolna. Inħobbok ma!'
Jibgħat messaġġ lil ommu ftit qabel ma l-aggressur joqtolhom
More in Kronaka
Jibgħat messaġġ lil ommu ftit qabel ma l-aggressur joqtolhom
Ftit ħin qabel ma l-ġuvni Eddie Justice spiċċa bla ħajja, bagħat messaġġi lil ommu biex javżaha li kien qed jinżamm ostaġġ fil-kamra tal-banju ta' club fil-belt ta' Orlando fi Florida.
Bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd filgħodu, Omar Mateen ta' 29 sena, spara fuq nies li kienu f'gay club f'Orlando fejn ħalla 50 persuna mejta, u 53 midruba. Dan qed jitqies bħala l-akbar attakk tal-massa bl-isparar fl-istorja riċenti Amerikana.
Il-ġuvni ta' 30 sena Eddie Justice li kien fin-nightclub Pulse, bagħat messaġġi lil ommu bil-mobile sabiex javżaha b'dak li kien qed iseħħ fil-club, u sabiex tkun tista' tibgħat għall-għajnuna. Fil-messaġġi ta' qsim il-qalb, Eddie jgħid lil ommu li jħobbha waqt li jaġġornaha b'dak li jkun qed isir, fejn jgħid li kienu qed jinżammu ostaġġ fil-kamra tal-banju, u li "ġej għalina u se joqtolna." Ftit, sigħat wara, l-Pulizija kkonfermat li Eddie kien tilef ħajtu wara tir mill-aggressur.
Heartbreaking text messages from someone inside the #Pulse nightclub to his mom: https://t.co/YkUQQXqCKM (via @WFTV) pic.twitter.com/1esPdV4vZr
— WSB-TV (@wsbtv) June 12, 2016
F'kummenti wara l-attakk, il-President Amerikan Barack Obama qal li dan huwa attakk ta' terrur u ta' mibgħeda.
L-aggressur Mateen inqatel ftit sigħat wara mill-forzi tal-ordni hekk kif kienu qed jippruvaw joħorġu lin-nies mill-club.