Sorsi li tkellmu mas-sit maltatoday.com.mt qalu illi l-Pulizija se jkunu qed iressqu liċ-Ċaqnu l-Qorti wara l-attakk ta' iljunessa fuq rifel ta' 5 snin ilbieraħ fiż-zoo f'Montekristo li suppost magħluq wara attakk simil,i li kien sar fuq tifel ieħor minn tigra ftit xhur ilu.
Is-sit irraporta kif il-Pulizija mistennija tressaq lil Charles Polidano sal-4:00 p.m. tal-lum għalkemm dan jista ma jseħħx jekk l-avukat tiegħu jitlob li ma jitressaqx għalissa. Polidano qatta' l-lejl li għadda arrestat, interrogat mill-pulizija dwar l-attakk fuq tifel ta' 5 snin.