[FILMAT] Sewwieqa ta' mutur titlef ħajjitha wara ħabta ma' trakk

L-inċident seħħ fi Triq il-Labour fin-Naxxar. L-esperti forensiċi għadhom qed jagħmlu testijiet biex jikkonfermaw l-identita' tal-mara.

Ritratt: Chris Mangion
Ritratt: Chris Mangion
Ritratti: Chris Mangion
Ritratti: Chris Mangion
Ritratt: Chris Mangion
Ritratt: Chris Mangion
Sewwieqa ta' mutur titlef hajjitha f'incident mat-trakk

Sewwieqa ta’ mutur tilfet ħajjitha dalgħodu wara inċident fi Triq il-Labour, in-Naxxar.

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu meta l-mara tilfet ħajjitha wara li spiċċat taħt trakk tal-ġebel.

Hu mifhum li l-vittma hija Johanna Boni, Taljana li kienet tgħix Malta.Il-Pulizija għadha għaddejja bit-testjiet forensiċi biex tikkonferma l-identita' tal-vittma.

Dan huwa l-ewwel inċident tat-traffiku fatali għal din is-sena.

Jidher li l-mara mietet mad-daqqa. It-trakk kien qed jinstaq minn raġel ta’ 52 sena mill-Mellieħa. Iż-żewġ vetturi kienu qed jinstaqu fl-istess direzzjoni.

Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera qed imexxi Inkjesta Maġisterjali.

More in Kronaka