Terrimot fil-Grigal tal-Indja jħalli ħamsa mejta

It-terrimot ħalla ħames persuni mejta, madwar 30 midruba u kkawża bini ġdid biex jiġġarraf kompletament

Bini li kien għadu kif inbena, iġġarraf kompletament
Bini li kien għadu kif inbena, iġġarraf kompletament

Terrimot li jlaħħaq is-saħħa ta’ 6.7 fil-Grigal tal-Indja, ħalla minn tal-inqas ħames persuni mejta.

Rapporti internazzjonali qed jirrapurtaw li t-terrimot, li nħass għall-ħabta tal-4:30am ħin lokali, seħħ fil-fruntiera mal-Myanmar u Bangladesh, qrib il-kapitali tal-istat ta’ Manipur.

B’kawża tat-terrimot kien hemm bini ta’ sitt sulari, li kien ghadu kif inbena, li ġġarraff kompletament.

In-numru ta’ persuni mejta, s’issa jlaħħaq għal ħamsa filwaqt li n-numru ta’ persuni midruba qabeż it-30.

More in Kronaka