Uffiċjal għoli tal-Korea ta' Fuq inqatel f'inċident tat-traffiku

Uffiċjal għoli fi ħdan il-gvern ta' Kim Jong-Un miet f'inċident

Kim Yang-Gon, wieħed mill-uffiċjali għolja tal-Gvern tal-Korea ta' Fuq ta' Kim Jong-Un miet f'inċident tat-traffiku, skont l-aġenzija tal-aħbarijiet KCNA.

L-uffiċjal kellu 73 sena u kien wieħed min-nies ewlenin involuti fit-taħditiet bejn il-Korea ta' Fuq u dik t'Isfel. L-aġenzija tal-aħbarijiet qalet kif Kim Yang-Gon kien ikkunsidrat bħala wieħed mill-aktar persuni qrib tal-kap Korean.

Il-KCNA kompliet tirraporta kif dan l-uffiċjal miet f'inċident tat-traffiku għall-ħabta tas-6.15am tal-bieraħ, fl-età ta' 73 sena.

Żiedet tgħid li l-Kap Korean kien se jmexxi funeral statali f'ġieħ Kim Yang-Gon nhar il-Ħamis.

More in Kronaka