Il-Pulizja mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga lbieraħ filgħodu arrestaw raġel ta’ 53 sena residenti x-Xagħra Għawdex wara tfittxija li għamlu fir-residenza tiegħu minn fejn ġew elevati ammont ta’ sustanza suspettat ħaxixa tal-kannabis, sustanza suspettata raża tal-kannabis u sustanza bajda suspettat kokaina.
Illum waranofsinhar il-Pulizija resqu lil dan ir-raġel b’arrest fil-Qorti ta’ Għawdex fejn ġie akkużat bi traffikar u pussess ta’ droga. Quddiem il-Magistrat tal-Għassa, Dr Joseph Coppini l-akkużat wieġeb li ma kienx ħati għall-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.