Von der Leyen innominata għat-tieni terminu ta' ħames snin fi Brussell

Il-mexxejja nazzjonali għażlu għat-tieni terminu lill-Ursula Von der Leyen biex tkompli bħala President tal-Kummissjoni Ewropea •  Von der Leyen hemm bżonn tiġi approvata mill-Parlament Ewropew aktar tard dan ix-xahar biex tkompli b'xogħolha fi Brussell

Ursula Von der Leyen ġiet innominata mill-mexxejja tal-UE biex isservi t-tieni mandat bħala President tal-Kummissjoni Ewropea. 

Waqt laqgħa fi Brussell il-Ħamis filgħaxija, il-mexxejja nazzjonali għażlu wkoll lill-ex Prim Ministru tal-Portugal António Costa u lill-Prim Ministru attwali tal-Estonja Kaja Kallas bħala President tal-Kunsill Ewropew u kap tal-politika barranija rispettivament. 

Von der Leyen bħalissa tgawdi l-appoġġ tal-koalizzjoni ċentrista li tiġbor flimkien il-Partit Popolari Ewropew, is-Soċjalisti & Demokratiċi u l-Liberali Renew. 

Madankollu, Von der Leyen issa trid tistenna li tiġi approvata mill-Parlament Ewropew aktar tard dan ix-xahar f’vot li għadu mhux  daqshekk ċar. 

Għalkemm it-tliet gruppi politiċi għandhom maġġoranza bejniethom, huwa mistenni li 10% tal-leġislaturi jirrifjutaw in-nomina. Jekk jiġri dan, il-futur ta’ Von der Leyen jista’ jserraħ fuq xafra ta’ sikkina sakemm ma tagħmilx ftehim mal-lemin estrem biex tassigura l-appoġġ tal-grupp Konservattiv u Riformista ta’ Giorgia Meloni. 

Il-Maltija Roberta Metsola hija n-nomina tal-PPE għat-tieni nofs mandat bħala President tal-Parlament Ewropew. Metsola se jkollha wkoll tkun approvata mill-MPE. 

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024