PPE, S&D u Renew Europe jibqgħu bl-aktar siġġijiet fil-Parlament Ewropew

Il-Partit Popolari Ewropew (PPE) kellu l-akbar appoġġ fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tant li flimkien mas-Soċjalisti u Demokratiċi, u l-grupp Renew Europe ħadu madwar 56% tas-siġġijiet

Manfred Weber. (Ritratt ta' Philippe BUISSIN)
Manfred Weber. (Ritratt ta' Philippe BUISSIN)

Il-Partit Popolari Ewropew (PPE) kellu l-akbar appoġġ fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Elezzjonijiet seħħew bejn 6 u 9 ta’ Ġunju madwar il-pajjiżi kollha fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Malta ivvotat għas-sitt membri tagħha s-Sibt, u saret taf min huma bl-eletti l-Ħadd filgħaxija.

Għaldaqstant, 185 miljun votant użaw il-vot tagħhom ukoll, sabiex huma jeleġġu 720 Membru Parlamentari Ewropew.

Skont ċifri maħruġa, il-Partit Popolari Ewropew, is-Soċjalisti u Demokratiċi, u l-grupp Renew Europe baqgħu fuq quddiem, tant li bejnithom telgħu 403 MPE, madwar 56% tas-siġġijiet kollha.

Għaldaqstant il-Partit tal-Ħodor innota nuqqas żgħir fl-appoġġ, tant li tilef xi siġġijiet.

Min-naħa l-oħra ż-żieda fl-appoġġ għall-partiti tal-lemin estrem ma kinitx daqshekk evidenti daqs kemm bdew jittammaw wħud.

Minkejja dan, Franza kienet fost dawk li telgħet bosta kandidati tal-lemin estrem. Dan sforza elezzjonijiet bikrija fi Franza.

Jaġġornaw l-Ewropa dwar dan kollu, il-Parlament Ewropew qal li l-estimu ta’ rata ta’ turnout madwar l-UE hija ta’ 51%.

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024