Metsola, Agius Saliba u Cassola l-iktar li ġabu unijiet

Tabelli tal-Kummissjoni Elettorali juru lil Metsola, Agius Saliba u Cassola fuq quddiem, hekk kif l-ewwel għadd tal-voti qabeż aktar min-nofs tal-proċess

Il-President tal-Parlament Ewropew, u l-istilla tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola kienet l-iktar kandidat li ġabet voti, skont imaġini mogħtija mill-Kummissjoni Elettorali.

Wara Metsola, huwa l-kandidat Laburista u l-eks Membri Parlamentari Alex Agius Saliba, filwaqt li jsegwih hemm il-kandidat indipendenti Arnold Cassola.

Il-proċess tal-ewwel għadd tal-voti issa wasal f’nofsu. Fuq tabelli madwar is-Sala tal-Għadd tal-Voti, il-Kummissjoni Elettorali tat ħarsa ta’ kif sa issa jidhru li huma is-sitt favoriti.

Madankollu dawn it-tabelli huma biss indikazzjoni, u bl-ebda mod m’għandhom jitqiesu bħala riżultati finali jew uffiċjali.

Inkomplu ħarsu lejn kif qed jikklasifikaw il-kandidati bħalissa, fir-raba’ post insibu lil Daniel Attard, li ilu mill-bidu tal-għadd jiġri wara Cassola b’numru żgħir ta’ voti differenza.

Warajhom insibu l-kandidati laburisti Thomas Bajada, u Steve Ellul. It-tlieta tal-aħħar huma kollha uċuh ġodda tal-PL.

Intant, figuri dalgħodu kienu qed ipoġġu lill-kandidat tal-Partit Nazzjonalist Peter Agius minflok Ellul. Dan jagħti x’jifhem li dawn it-tnejn se jkunu qegħdin f’ġlieda taħraq għas-sitt siġġu.

Dan kollu jista’ jinbiddel. Għad baqa’ nofs il-voti biex jgħaddu mill-proċess apparti l-wirt tal-voti, li x’aktarx iseħħ aktar tard illum.

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024