Metsola żżur l-Ukrajna għat-tielet darba, f'Jum l-Ewropa

Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, qegħda fi Kyiv, fil-ġurnata li tfakkar Jum l-Ewropa. Il-vjaġġ lejn l-Ukrajna, it-tielet wieħed tagħha fl-aħħar ftit snin, inżamm mistur għal raġunijiet ta’ sigurtà

Ritratt ta' James Bianchi
Ritratt ta' James Bianchi

Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, qegħda fi Kyiv, fil-ġurnata li tfakkar Jum l-Ewropa.

Il-vjaġġ lejn l-Ukrajna, it-tielet wieħed tagħha fl-aħħar ftit snin, inżamm mistur għal raġunijiet ta’ sigurtà.

F’ġurnata xemxija, il-belt kapitali tal-art miġrufa laqgħet lil President fiha, bin-nies madwarha għaddejjin bir-rutina ta’ kuljum.

Hija ġiet akkumpanjatha minn numru ta’ ġurnalisti, inkluż tim żgħir mill-gazzetta MaltaToday.

Metsola żagħret l-impjant impjant tal-enerġija nukleari fil periferija ta’ Kyiv, li f’April ġie totalment meqrud b’drone u attakki Russi.
Il-President u MEP Nazzjonalista qed tkun akkumpanjatha ukoll minn Ruslan Stefanchuk, iċ-Chairman ta’ Verkohobvna Rada, il-Parlament Ukren.

Stefanchuk kien li laqagħha wara vjaġġ ta’ seba’ sigħat mill-fruntiera tal-Polonja.

L-iskeda ta’ Metsola nżammet sigrieta anke mill-ġurnalisti, b’dawn jitteħdu tour mal-wasla tagħhom fl-impjant.

Wara, b’sigurtà stretta, Metsola ttieħdet fi skola fiċ-ċentru ta’ Kyiv, li wkoll kienet soġġetta għall-attakki u missili russi.

Hija mistennija tiltaqa’ ma’ aktar awtoritajiet Ukreni, inkluż il-President Volodymyr Zelensky.

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024