Josianne Cutajar mhix se tikkontesta għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew

Josianne Cutajar,Membru Parlamentari Ewropew għall-Partit Laburista, ħabbret permezz ta’ post fuq Facebook li mhix se tikkontesta għall-elezzjoni Ewropea li jmiss

Josianne Cutajar, Membru Parlamentari Ewropew għall-Partit Laburista, ħabbret permezz ta’ post fuq Facebook li mhix se tikkontesta għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li jmiss f'Ġunju. 

Hija kitbet li kienet “Deċiżjoni diffiċli imma waħda li hemm bżonn f’dan l-istadju ta’ ħajti.” Hija kompliet tgħid li kien ta’ privileġġ li rrapreżentat lil Malta filwaqt li wettqet xogħol favur pajjiżna. 

Hija rringrazzjat lill-Partit Laburista, l-elettorat Naduri, flimkien mal-elettorat Malti u Għawdxi u lill-qrabat tagħha. 

Cutajar kienet l-iżgħar Maltija eletta fil-Parlament Ewropew u l-ewwel Għawdxija.

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024