Kundannata l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Palestina

Il-Parlament Ewropew jagħżel ma jurix solidarjetá man-nies innoċenti li mietu u qed imutu fil-gwerra 

L-Organizazzjoni Xellugija Żminijietna kkundannat il-pożizzjoni li ħa l-Parlament Ewropew (PE) fir-rigward tal-kunflitt li hemm bejn l-Iżrael u l-Palestina.

Dan minħabba li l-PE għażel li ma jagħtix ġieħ lil dawk innoċenti li sfaw vittmi mejta u għadhom qed imutu fil-gwerra waqt il-kommemorazzjoni.  Il-bieraħ il-President tal-Parlament Ewropew u MEP Maltija Roberta Metsola għamlet konferenza stampa tikkundanna l-attakk fuq l-Iżrael iżda naqset li ssemmi l-tbatijiet tal-poplu Palestinjan ġo Gaza.

Minn banda l-oħra, Żminijietna uriet apprezament lejn d-deċiżjoni li ħa MEP Alex Agius Saliba li ma jipparteċipax fil-konferenza stampa mmexxija minn Uffiċjali għoljin tal-Unjoni Ewropea. L-MEP Malti tenn li solidarjetá għandha tintwera ma’ dawk il-Palestinjani vittmi ta’ ritaljazzjoni mill-Iżrael.  

Żminijietna wriet solidarjetá mal-vittmi kollha irrespettivament minn fejn huma, hekk kif tkompli ttenni l-pożizzjoni paċifika bbażata fuq kooperazzjoni internazzjonali. Il-forzi Palestinjani kollha jaqblu li l-istat Iżraeljan għandu jaċċetta l-proposta għal soluzzjoni bejn iż-żewġ stati.  

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024