Malta se tirċievi €40.5 miljun mill-fondi ta' aġġustament wara Brexit

MPEs jilħqu ftehim politiku dwar il-fondi ta’ aġġustament wara Brexit, bl-ewwel pagamenti mistennija sa Diċembru

Membri Parlamentari, nhar il-Ħamis, laħqu ftehim politiku dwar ir-Riżerva ta’ Aġġustament wara Brexit ta’ €5.4 biljun. Skond l-iktar informazzjoni reċenti dwar kif il-fond ta’ bosta biljuni ta’ euro għandu jitqassam bejn l-Istati Membri, is-sehem ta’ Malta se jammonta għal ftit aktar minn €40.5 miljun.

Ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (BAR) tiffoka fuq pajjiżi u setturi li intlaqtu l-agħar mit-tluq tar-Renju Unit mill-UE.  Dan jikkunsidra l-aktar it-telf tal-kummerċ b'enfasi fuq is-settur tas-sajd.

Il- €40.5 miljun ta’ Malta f’miżuri biex jgħinu jtaffu l-effett tal-Brexit fuq l-ekonomija jistgħu, skond il-ftehim tal-Ħamis, jinkludu:

  • Appoġġ għan-negozji (speċjalment l-SMEs), li jaħdmu għal rashom u l-komunitajiet lokali,
  • Investimenti fil-ħolqien tal-impjiegi u l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,
  • Appoġġ biex jiġu megħjuna ċ-ċittadini li jirritornaw mir-Renju Unit bħala konsegwenza tal-Brexit biex jintegraw mill-ġdid, u
  • Appoġġ għall-funzjonament tal-fruntiera, , saħħa, kontrolli fitosanitarji u ta' sigurtà, kontrolli tas-sajd, ċertifikazzjoni u skemi ta' liċenzjar.

Ewropej Funded by the European Union

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

More in Ewropej 2024