4,405 dokumenti tal-vot mhux miġbura fl-10 u t-12-il Distrett biss

B'kollox kien hemm 14,473 dokument tal-vot...

Ritratt | ILLUM
Ritratt | ILLUM

It-12-il distrett huwa dak l-aktar distrett li fih hemm nies li ma ġabrux il-voti. Fil-fatt f'dan id-distrett - li huwa magħmul minn San Pawl il-Baħar, Mellieħa u parti minn Naxxar - ma nġabrux 2,529 vot. Ta' min wieħed jinnota li dan huwa wieħed mid-distretti, bħall-10 u t-Tielet Distrett fejn hemm ukoll ammont ta' votanti barranin, li ħafna drabi iżda ma jivvotawx xorta. Dawn l-eluf jammontaw għal 9% tal-votanti kollha eliġibbli. 

Fil-fatt l-10 Distrett li huwa magħmul mill-Gżira, Pembroke, San Ġiljan, Tas-Sliema u parti minn Naxxar huwa t-tieni l-aktar distrett li minnu ma nġabrux voti, jew 1,876 jew 7%. 

Dan id-distretti huma kważi dejjem l-aktar distretti illi fihom ma jinġabrux voti u bl-inqas rati ta' votazzjoni.

Intant ħarsa lejn distretti oħrajn turi illi t-tielet l-aktar distrett li fih ma nġabrux voti huwa d-Disa' Distrett, li fih hemm il-Għargħur, L-Imsida, San Ġwann, Swieqi u Ta’ Xbiex. Hawnhekk ma nġabrux 1,255 vot jew 4.8% tal-voti. Qrib ħafna jiġi Għawdex - it-13-il Distrett - fejn ma nġabrux 4.7% jew 1,442 vot. 

Jekk immorru għan-naħa ta' isfel ta' Malta imbagħad il-persentaġġi jonqsu għal b'inqas minn 3% tal-voti mbhux miġbura fir-Raba', il-Ħames, is-Sitta u s-Sebgħa Distrett. L-uniku persentaġġi ogħla huma fit-Tielet Distrett (4%) li kif gġidna jinkludi lil Wied il-Għajn u l-Ewwel Distrett fejn ma nġabrux. 

Fit-Tmien u l-11-il Distrett ma nħabrux 3.1%. 

B'kollox kien hemm 14,473 dokument tal-vot.

 

 

More in Elezzjoni 2022