Bernard Grech iddiżappuntat li Robert Abela qed ikun 'insensittiv għall-kunflitt Ukren'

Dan intqal minn Bernard Grech stess f'attività politika li seħħet taħt it-tinda fil-Għargħur

Il-Kap tal-Partit Nazzjoanlisat Bernatd Grech jinsab iddiżappuntat li l-Prim Ministru Robert Abela naqas milli jirreaġixxi għall-idea ta’ waqfa ta’ ġurnata mill-kampanja elettorali biex jfakkru l-paċi fl-Ukrajna. Dan qalu Grech stess waqt li kien qed jindirizza avveniment politiku fil-Għarghur.

Waqt id-dibattitu politiku tal-Ħamis fl-Università ta’ Malta, Grech appella lill-partiti politiċi kollha biex jingħaqdu miegħu biex iwaqqfu l-kampanja elettorali għal ġurnata, nhar is-Sibt, u jimxu b’solidarjetà mal-Ukrajna. Intant Abela mhux jirreaġixxi "għal din il-proposta nobbli" u għalhekk Grech akkuża lil Abela li wera insensittività għall-kunflitt Ukren.

Intant Grech saħaq ukoll li minkejja d-dibattitu kien interessanti xorta ħass li Abela waqa' għat-tatika tat-tikketi. Dan għaliex skont il-Kap tal-PN, il-PL qed jintilef jgħajjar lill-PN "il-partit tal-passat" filwaqt li jinsa' li Bernard Grech ilu biss ftit snin fi ħdan il-PN.

Grech qal ukoll illi s’issa, il-PL irnexxielu jikkopja ħafna mill-proposti tal-PN bħal dawk dwar is-saħħa sesswali u l-IVF. “L-uniċi li ma kkopjatx huma l-proposti li jnaqqsu t-taxxi, u dawk li jipprevjenu ftehimiet korrotti,” qal Grech.

Żied jgħid li Abela ma jridx jindirizza l-problema tal-għoli tal-ħajja, filwaqt li l-PN se jalloka €40 miljun biex jindirizza din il-kwistjoni.

Grech ikkundanna lill-PL talli ma ħoloqx settur ekonomiku ġdid wieħed fl-aħħar tmien snin, filwaqt li l-PN qed jipproponi 10 setturi ekonomiċi ġodda li jinċentivaw familji, pensjonanti, edukaturi, infermiera, studenti u ħaddiema, peress li dawn in-nies huma l-pilastru li għalih tista’ tinbena l-viżjoni tal-PN.

More in Elezzjoni 2022