Diversi oġġetti se jiġu eżaminati b'rabta ma' tfittxija għal Madeleine McCann

It-tfittxija saret f’ġibjun madwar 40km minn fejn kienet dehret l-aħħar it-tifla. Dan wara koperazzjoni bejn l-awtoritajiet Portugiżi u dawk Ġermaniżi, hekk kif huwa maħsub li Christian Brückner ta’ 45 sena li qed jiskonta sentenza ta’ abbuż sesswali u stupru, għandu informazzjoni dwar x’kien sar mit-tifla.

Il-Pulizija Ġermaniża qalet li diversi oġġetti nstabu u qed jiġu analizzati wara tfittxija li saret f’ġibjun fil-Portugal, b’rabta mal-każ ta’ Madeleine McCann.

It-tfittxija saret f’ġibjun madwar 40km minn fejn kienet dehret l-aħħar it-tifla. Dan wara koperazzjoni bejn l-awtoritajiet Portugiżi u dawk Ġermaniżi, hekk kif huwa maħsub li Christian Brückner ta’ 45 sena li qed jiskonta sentenza ta’ abbuż sesswali u stupru, għandu informazzjoni dwar x’kien sar mit-tifla. Brückner kien jgħix fil-Portugal bejn l-2000 u l-2017, u kien maħsub li kien fiż-żona minn fejn sparixxiet McCann fl-2007.

Il-każ ta’ Madeleine McCann jibqa’ wieħed mill-aktar każijiet ta’ persuni mitlufa fl-istorja riċenti. Hija maħsuba li nqatlet, u l-Pulizija Ġermaniża tissuspetta li Brückner huwa risponsabbli għall-qtil.

Bħalissa, għadu wisq kmieni biex ikun magħruf jekk l-oġġetti li nstabu fit-tfittxija għandhomx x’jaqsmu mat-tifla Brittanika, hekk kif dawn se jkunu eżaminati fil-ġimgħat li ġejjin.

Din is-sena, hija għalqet 16-il sena mitlufa, u l-familja tagħha għadha tittama li xi darba tkun taf x’kien ġara minn Madeleine.

More in Barranin