Il-Ġermanja u l-Istati Uniti jibgħatu b'€2.6 biljun f'armi lill-Ukrajna

Franza wkoll twiegħed li se tibgħat armi lil dan il-pajjiż biex ikompli jiddefendi lilu nnifsu

Armi lill-Ukreni mill-Ġermanja u l-Istati Uniti
Armi lill-Ukreni mill-Ġermanja u l-Istati Uniti

Il-Ġermanja u l-Istati Uniti se jkunu qed jibgħatu vetturi armati lejn l-Ukrajna bħala parti minn għotja ta' armi lill-Gvern Ukren. L-għotja li se tkun imħabbra illum se tfisser madwar 50 vettura armata għal total ta' €2.66 biljun.

Din l-għotja se tiġi fi żmien meta s-suċċessi Ukreni mhumiex ftit minn meta bdiet l-invażjoni fi Frar li għadda, bl-Ukreni iżda jitolbu dejjem aktar armi sabiex jiddefendu lilhom infushom mill-attakki ta' Vladimir Putin. 

Franza wkoll mistennija tibda diskussjonijiet mal-Ukrajna biex hi wkoll tibgħat vetturi armati tat-tip AMX-10 RC. Il-Presidenza Franċiża qalet illi din se tkun l-ewwel darba li din it-tip ta' vettura (Tank Destroyer) se tkun qed tingħata lill-Ukrajna.

More in Barranin