'Ir-Russja tefgħet f'periklu kontinent;' Attakk fuq l-akbar impjant nukleari fl-Ewropa

Il-Forzi Russi ħadu f'idhom il-kontroll tal-impjant tal-enerġija Nukleari fil-belt ta’ Zaporizhzhia wara qalil li kkawżaw nirien fl-impjant

L-attakk fuq l-impjant nukleari
L-attakk fuq l-impjant nukleari

Ir-Russja ħadet f’idha l-kontroll tal-impjant tal-enerġija Nukleari fil-belt ta’ Zaporizhzhia fl-Ukrajna u dan wara attakk qalil matul il-lejl li għadda.

Waqt l-attakki, dehru xi nirien ħierġa minn dan l-akbar impjant nukleari fl-Ewropa 

Skont l-awtoritajiet, in-nirien ġew ikkontrollati u issa l-faċilità tinsab fis-sigur u l-livelli tar-radjazzjoni ġew normalizzati.

Intant, mexxejja madwar id-dinja akkużaw lir-Russja li matul il-lejl li għadda tefgħet fil-periklu kontinent sħiħ. 

Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy saħansitra akkuża lir-Russja “b’terrur nukleari,” u akkuża lir-Russja li trid repetizzjoni ta’ dak li seħħ f’Chernobyl fl-1986.

Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, ħeġġeġ lil Moska biex tieqaf twettaq attivitajiet militari madwar dan l-impjant filwaqt li l-Prim Ministru Kanadiż, Justin Trudeau saħaq li dawn “l-attakki orribbli” mir-Russja għandhom “jieqfu immedjatament.”

Tkellem ukoll il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson li saħaq li dan l-attakk seta’ “tefa’ f’periklu s-sigurtà tal-Ewropea kollha.” 

More in Barranin