L-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy jingħata sentenza ta' tliet snin ħabs fuq korruzzjoni

Sarkozy instab ħati li pprova jxaħħam maġistrat billi offrilu mpjieg prestiġġjuż f'Monako

L-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy ngħata sentenza ta' tliet snin ħabs, tlieta minnhom sospiżi, wara li nstab ħati ta' korruzzjoni.

Sakrozy li għandu 66 sena, instab ħati li pprova jxaħħam maġistrat billi offrilu mpjieg prestiġġjuż f'Monako biex jagħtih informazzjoni dwar inkjesta kriminali li kienet qed issir fuq il-partit politiku tiegħu.

Il-maġistrat  Gilbert Azibert u l-eks avukat ta' Sarkozy, Thierry Herzog, ingħataw l-istess sentenza.

Sarkozy jista' jiskonta s-sentenza fid-dar tiegħu billi jżomm fuqu ċippa elettronika biex l-awtoritajiet ikunu jafu fejn qiegħed.

L-eks President mistenni jappella mis-sentenza.

Fis-sentenza, il-maġistrat saħaq li dak li għamel Sarkozy tefa' dell ikrah immens fuq is-sistema tal-ġustizzja u l-mod kif in-nies iħarsu lejha.

More in Barranin