Ma tistax tuża Facebook Messeger? Serraħ rasek għax m'intix waħdek

Skont is-sit Down Detector, il-problemi bdew madwar id-9am u qed jaffettwaw l-aktar ir-Renju Unit u l-Ewropa

Jekk dalgħodu qed issibha diffiċli biex tibgħat messaġġ b’Facebook Messenger serraħ rasek li m'intix waħdek hekk kif din l-App popolari żviluppat xi ħsarat li qed jolqtu eluf ta’ persuni.

Skont is-sit Down Detector, il-problemi bdew madwar id-9am u qed jaffettwaw l-aktar ir-Renju Unit u l-Ewropa, partikolarment il-Polonja u l-pajjiżi ġirien.

Għalkemm r-raġuni għadha mhijiex magħrufa, skont Down Detector, 80% ta’ dawk li rrapportaw problemi qalu li mhux jirċievu messaġġi filwaqt li 20% ma jistgħux jaċċessaw l-App.

Oħrajn jidher li qed jirċievu l-messaġġi iżda huma ma jistgħux jibagħtu.

More in Barranin