Imut il-kompożitur famuż Taljan Ennio Morricone

Morricone jibqa’ magħruf għal uħud mill-aqwa soundtracks fosthom għall-films For a Few Dollars More u The Good, the Bad and the Ugly.

Il-kompożitur Taljan u r-rebbieħ tal-Oscar Ennio Morricone, miet fis-sigħat li għaddew fl-eta ta’ 91 sena u dan wara li waqa’ u kawża ta’ hekk żviluppa xi kumplikazzjonijiet.

Morricone jibqa’ magħruf għal uħud mill-aqwa soundtracks għall-films ta’ ġeneru “Spaghetti Western,” fosthom For a Few Dollars More u The Good, the Bad and the Ugly.

Waħda mill-isbaħ soundtracks żgur li tibqa’ dik tal-film THE MISSION. 

Morricone kiteb ‘il fuq minn 400 biċċa mużika għaċ-ċinema u diversi xogħlijiet oħra klassiċi.

 

More in Barranin