Is-Senat jibda l-proċeduri fl-impeachment ta' Trump

Is-Senat għadda r-regoli dwar l-impeachment wara 13-il siegħa ta' dibattitu

Dalgħodu, is-Senat addotta numru ta' regoli fil-bidu tal-impeachment ta' Trump. Dan sar wara li fid-19 ta' Diċembru tal-2019, il-Kamra tar-Rappreżentanti għaddiet l-artikoli tal-impeachment. Dawn l-artikoli akkużawh b'abbuż tal-poter u ostaklar tal-inkjesta tal-Kungress. B'hekk Trump sar it-tielet President li kien impeached mill-Kamra.

Wara numru ta' sigħat f'dibattitu, is-Senat adotta numru ta' regoli dwar l-impeachment. Ir-raġuni għaliex id-dibattitu dam kienu numru ta' kwistjonijiet problematiċi bejn il-Demokratiki u r-Repubbilkani. Minkejja dan, il-vot għadda bi 53 kontra 47.

Madankollu, mhux mistenni li s-Senat, li għandu maġġoranza Repubblikana se jikkundanna u jneħħi lill-President.

 

 

More in Barranin