Messaġġ għal Trump? Id-Demokratiċi jirbħu żewġ stati importanti

Għall-ewwel darba f’20 sena, id-Demokratiċi rebħu l-istat ta’ Virginia

 

Id-Demokratiċi Amerikani kisbu riżultati pożittivi fl-elezzjonijiet tal-istati, riżultati li qed ikunu meqjusa daqqa ta’ ħarta għall-President Donald Trump.

Andy Beshear rebaħ il-maġġoranza tal-voti f’Kentucky biex kien elett gvernatur ta’ dan l-istat li normalment ixaqleb l-aktar lejn il-partit Repubblikan.

Id-Demokratiċi, għall-ewwel darba f’20 sena, rebħu wkoll l-istat ta’ Virginia.

Dawn ir-riżultati qed ikunu meqjusa importanti u kważi kważi messaġġ hekk kif is-sena d-dieħla, il-poplu Amerikan jivvota fl-Elezzjoni Presidenzjali.

Ir-Repubblikani żammew il-poter f’Mississippi minkejja taqtiegħa ħarxa.

More in Barranin