Arrestati żewġ persuni oħra wara li 39 persuni nstabu mejta f'kontejner f'Essex

Sadanittant, il-Pulizija għadhom qed jinterrogaw ukoll liż-żagħżugħ ta’ 25 sena li kien qed isuq il-kontejner

Żewġ persuni oħra ġew arrestati fuq suspett li kienu involuti fil-qtil ta’ 39 persuna li nstabu mejta f’kontejner f’Essex.

Iż-żewġ persuni arrestati huma raġel u mara ta’ 38 sena.

Sadanittant, il-Pulizija għadhom qed jinterrogaw ukoll liż-żagħżugħ ta’ 25 sena li kien qed isuq il-kontejner.

L-awtopsja fuq il-persuni mejta se tibda aktar tard illum.

More in Barranin