L-Iżrael jerġa' jivvota fit-tieni elezzjoni ġenerali f'ħames xhur

L-aħħar sondaġġi tal-opinjoni pubblika qed ipoġġi lill-Prim Ministru Netanyahu ras imb’ras mar-rivali tiegħu Benny Gantz

Il-Prim Ministru Benjamin Netanyahu
Il-Prim Ministru Benjamin Netanyahu

Il-poplu Iżraeljan qiegħed jivvota fit-tieni elezzjoni ġenerali li ssejħet f’ħames xhur.

Il-Prim Ministru Benjamin Netanyahu kellu jsejjaħ elezzjoni bikrija wara li ma rnexxilux jifforma koalizzjoni wara l-elezzjoni ta’ April li għadda.

L-aħħar sondaġġi tal-opinjoni pubblika qed ipoġġu lill-partit ta’ Netanyahu ras imb’ras mal-partit immexxi minn Benny Gantz, eks kap militari.

Għalhekk, il-partiti ż-żgħar jista’ jkollhom rwol importanti ħafna f’din l-elezzjoni.

In-negozjati biex jiġi ffurmat Gvern ġdid ta’ koalizzjoni mistennija jibdew minnufih illejla hekk kif jitħabbru r-riżultati.

More in Barranin