Miriam Pace se tingħata l-aħħar tislima nhar il-Ħamis li ġej

Il-funeral se jsir fis-2pm, fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu

Miriam Pace, il-mara ta' 54 sena li ttellgħet bla ħajja minn qalb it-tifrik ta' dik li kienet id-dar tagħha, se tingħata l-aħħar tislima nhar il-Ħamis li ġej.

Il-funeral se jsir fis-2pm, fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta. 

Miriam u l-familja tagħha huma devoti kbar tal-Madonna tal-Karmnu u ma kinitx tgħaddi ġimgħa li Miriam ma kinitx iżżur dan is-Santwarju.

Fil-fatt, ix-xokk kien evidenti ħafna fost il-komunità Beltija, partikolarment fost dawk li jaħdmu għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu.

Aqra wkoll:

More in Politika