Il-MPE jibdew jiddubitaw in-nomina ta' Chris Fearne bħala Kummissarju Ewropew

Numru ta' Membri Parlamentari Ewropej jibdew jiddubitaw in-nomina tal-Gvern Malti biex Chris Fearne ikun Kummissarju Ewropew għas-Saħħa bl-MPE Grace O’Sullivan, Billy Kelleher u Cyrus Engerer fost dawk li jitkellmu l-ewwel

Membri fi ħdan il-Kumitat Ewropew għas-Saħħa qed jiddubitaw in-nomina tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne għal post ta’ kummissarju Ewropew.
Membri fi ħdan il-Kumitat Ewropew għas-Saħħa qed jiddubitaw in-nomina tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne għal post ta’ kummissarju Ewropew.

Membri fi ħdan il-Kumitat Ewropew għas-Saħħa qed jiddubitaw in-nomina tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne għal post ta’ Kummissarju Ewropew.

Fearne, li ċaħad l-akkużi, kien ikkunsidrat minn ta’ quddiem biex jieħu post Stella Kyriakides bħala Kummissarju għas-Saħħa wara l-elezzjoni tal-UE.

Huwa kien l-iktar ministru tas-saħħa fl-Ewropa li ilu jservi sakemm ġie mċaqlaq f'pożizzjoni differenti fir-reshuffle ta’ Jannar.

Is-sena li għaddiet ippresieda l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa, u huwa viċi-president tal-Grupp tal-Mexxejja Globali dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi.

Biex jidħol fil-Kulleġġ tal-Kummissarji bħala kummissarju tas-saħħa, madankollu, Fearne jeħtieġ li jkun approvat kemm mill-Kumitat għall-Ambjent u s-Saħħa tal-Parlament (ENVI) kif ukoll mill-Kunsill.

Fl-2019 il-Parlament Ewropew kien irrifjuta l-għażla inizjali tal-President Franċiż Emmanuel Macron għall-Kummissarju, Sylvie Goulard, minħabba etika. Il-MPEs ċaħdu wkoll in-nominazzjonijiet mill-Ungerija u r-Rumanija minħabba allegat kunflitt ta' interess.

Mistoqsi dwar dan minn POLITICO, l-MEP Laburista Cyrus Engerer qal li l-Parlament Ewropew jieħu l-ħatra ta’ Kummissarju bis-serjetà ħafna.

Imma skont POLITICO, Engerer ma kienx l-unika wieħed li wera’ xi tħassib.

L-MEP Slovena Irena Joveva, kienet ċara daqs il-kristall illi n-nominazzjoni m’għandhiex tibqa’, minkejja li id-dritt ta’ kulħadd li jiġi preżunt innoċenti sakemm jiġi ppruvat ħati.

Min-naħa tagħha, l-MEP Irlandiża Grace O’Sullivan, qalet li taraha diffiċli li n-nomina tiegħu tibqa’ fuq il-mejda, meta dan “qed jaffaċja akkużi serji.”

MEP Irlandiż ieħor, Billy Kelleher, ammetta ma’ POLITICO li ma jivvotax lil Fearne jekk dan ikun għadu qed jaffaċja l-akkużi fil-qorti.

More in Politika