Diskorsi ta’ Zelensky u Metsola mwaqqfa b’sireni tal-gwerra

Id-diskorsi tal-President tal-Ukrajna Vlodomyr Zelensky u Robert Metsola, il-president tal-Parlament Ewropew f'Jum l-Ewropa, ġew imwaqqfa minn sireni tal-gwerra

Ritratt mehud minn filmati ta' James Bianchi
Ritratt mehud minn filmati ta' James Bianchi

Id-diskorsi tal-President tal-Ukrajna Vlodomyr Zelensky u Robert Metsola, il-president tal-Parlament Ewropew ġew imwaqqfa minn sireni tal-gwerra.

Funzjonarji u ġurnalisti ntbagħtu b’karozza għal kenn ta’ xelter taħt il-parlament.

Qabel imwaqqaf, Zelensky rringrazzja lil Roberta Metsola, waqt li qal li kienet l-ewwel mexxejja mid-Dinja tal-Punent li żaret Kyiv,

"Hija kienet xempju ta' tmexxija għal mexxejja Ewropej oħra," żied jgħid.

Zelensky iddeskriva lir-Russja bħala reġim Nażista li jrid jieħu l-Ukrajna u qal li sakemm ma jaslux aktar armi l-Ukrajna, ma jkunux jistgħu jwaqqfu lir-Russja.

Metsola min-naħa tagħha qalet li l-Parlament Ewropew se jkompli jappoġġja lill-Ukrajna u jimbotta għal aktar armi militari.

Ammettiet li hemm tentattivi mir-Russja biex jiġu influenzati l-elezzjonijiet Ewropej.

Hekk kif kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti daqqet sirena tar-raid tal-ajru. “Dan dak li jagħmlu n-Nażisti llum f’jum l-Ewropa,” hu wieġeb.

F’kenn mill-bombi, Metsola mbagħad kellha laqgħa mal-Ispeaker tal-parlament Ruslan Stefanchuk. Ġewwa, Metsola u l-ġurnalisti ġew murija viżwali f’ħin reali ta’ missili u drones Russi deħlin fl-ispazju tal-ajru Ukranjan.

Aktar tard, Metsola u Stefanchuk indirizzaw lill-midja fid-daħla tax-xelter.

More in Politika