Malta mixgħula f'rabja u luttu għat-telfa ta' mara u omm

Malta, speċjalment il-midja soċjali, mixgħula f'rabja u kummenti ħorox kontra l-lobby tal-kuntratturi ... l-eks Segretarju Ġenerali tal-PL jgħajjarhom 'ħnieżer'

 

Bħalissa l-midja soċjali hija mimlija messaġġi ta' rabja għall-mewt tal-innoċenti Miriam Pace, li kwieta fid-dar tagħha sfat maqtula hekk kif id-dar tagħha ġġarfet.  Ħdejn id-dar kien għaddej xogħol ta' skavar, li allura għamel dan l-inċident wieħed minn kullana - iżda l-uniku wieħed fatali. 

Ħafna mill-kummenti tan-nies fuq Facebook qed juru għadab iżda jgħidu wkoll li Pace kienet vittma tar-rgħiba b'ħafna mit-tort jintefa' fuq Sandro Chetcuti, President tal-assoċjazzjoni tal-iżviluppaturi u wieħed mill-akbar lobbyist għal dan is-settur.  

Wieħed mill-aktar kummenti b'saħħithom kien dak tal-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista Dominic Fenech li qal illi lbieraħ kien jum tal-mistħija hekk kif omm "inqatlet mill-ħnieżer."

Fil-fatt dan jidher li qed ikun il-messaġġ ta' ħafna li qed isejħu t-2 ta' Marzu bħala jum iswed għal pajjiżna, 

Intant illejla fis-7 p.m Repubblika se torganizza protesta f'silenzju fit-triqn ħdejn id-dar imġarrfa, fi Triq Abela Scolaro, Santa Venera. "Is-sogħba tal-lum trid tinbidel f’rabja. Xi ħadd hu responsabbli għal dan il-qtil. Irridu naraw li ssir ġustizzja," temm jgħid il-messaġġ.

 

More in Kronaka