Yazmin Zammit Stevens timmarka rekord nazzjonali ġdid waqt l-Olimpjadi f'Tokjo

Yazmin Zammit Stevens ikkompetiet għall-ewwel darba lbieraħ fil-kategorija tan-nisa tal-weightlifting tal-64kg

Il-weightlifter Maltija Yazmin Zammit Stevens irnexxielha tagħmel rekord nazzjonali waqt l-Olimpjadi f'Tokjo wara li rnexxielha terfa' 105 kilogrammi.

Zammit Stevens kienet qed tikkompeti fil-kategorija tan-nisa tal-weightlifting tal-64kg.

Hija kienet qed tikkompeti f'Grupp B meta spiċċat fit-tielet post.

Fil-kategorija tal-isnatch, Zammit Stevens irnexxielha terfa' 84 kg.

Fil-kategorija tal-Clean and Jerk, Zammit Stevens rnexxielha terfa' 101kg wara t-tieni prova iżda aktar tard refgħet 105kg. 

More in Lokali