Kien ilu 43 sena President tal-Hibs; Luttu f'Raħal Ġdid għall-mewt ta' Tony Bezzina
Hu kien elett President tal-klabb fis-6 ta' Ġunju 1978
Tony Bezzina, il-President ta' Hibernians FC miet illum fl-età ta' 72 sena.
Bezzina kien ilu aktar minn 43 sena President tal-klabb u fi żmienu Hibernians rebħu diversi titli u anke kampjonati.
Hu kien elett President tal-klabb fis-6 ta' Ġunju 1978 u kien ilu membru tal-Kumitat mill-1973.
Fl-2019 Bezzina kien ingħata l-medalja għas-servizz lir-Repubblika, għall-kontribut tiegħu fil-futbol lokali.
Kemm il-Partit Laburista u anke l-Partit Nazzjonalista, flimkien ma' diversi klabbs tal-futbol, sellmu l-memorja ta' Bezzina.
More in Lokali