Filmat | Żewġ goals maġiċi ta' Kone jitfgħu l-Gżira fl-istadju li jmiss tal-Europa League

Fir-round li jmiss Gżira se jilgħabu kontra Vent­spils tal-Latvja. 

Ritratt ta' Sportske
Ritratt ta' Sportske

 

Ilbieraħ f'parita drammatika barra minn darhom, it-tim ta' Gżira United eliminaw lit-tim Kroat NK Hajduk Split mill-UEFA Europa League wara li għelbhom bl-iskor ta' 3-1.

Il-Maroons kellhom għadma iebsa wara li tilfu 2-0 f'darhom fl-ewwel partita. Iżda l-bieraħ quddiem kważi 20,000 spettatur it-tim ta' Gżira irnexxilu jbiddel il-partita. Kien Jardi li fetaħ l-iskor l-ewwel fis-7 minuta għat-tim Kroat. B'Jefferson jagħti risposta fis-57 minuta u imbagħad b'żewġ mumenti ta' maġija fid-69 minuta u fis-96 minuta, l-Ivorjan Hamed Kone jissiġilla r-rebħa għat-tim ta' Gżira United.

Issa fir-round li jmiss Gżira United se jilagħbu kontra Vent­spils tal-Latvja. 

Intant mal-aħħar tisfira il-partitarji tat-tim Kroat invadew il-grawnd u għamlu ħerba sħiħa bil-Pulizija saħansitra jkollha tintervjeni sabiex tikkontrolla s-sitwazzjoni.

 

CROXPIX
CROXPIX

More in Lokali