'Biex tagħmel karriera fil-futbol irid ikollok il-passjoni lejn dan l-isport'
THANE MICALLEF: Huwa l-assistent kowċ ta' Gudja United ... Jaħdem spalla ma' spalla mal-kowċ Josef Mansueto fit-tentattiv li jżommu lill-Gudjani mal-elite tal-futbol Malti fil-Kampjonat Premier
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minnetà żgħira. Membri tal-familja tiegħi kienu involuti fil-futbol u d-dar ħafna drabi d-diskussjonijiet kienu dejjem iduru fuq il-futbol. Kull ħin liberu li kien ikolli kont immur nilgħab u meta għalaqt ħames snin bdejt nattendi n-nurserytal-Furjana. Minnhemm ’il quddiem il-futbol dejjem kien parti importanti f’ħajti, kemm bħala plejer u mbagħad wara bħalakowċ.
X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Gudja United?
Dan kien l-ewwel staġun tiegħi mal-klabbtal-Gudja u l-ewwel esperjenza għalija fis-settur tal-kbar fil-kowċing. Xħin intemm l-istaġun li għadda, il-kowċ tat-tim, Josef Mansueto, kien avviċinani biex naħdmu flimkien mal-klabbtal-Gudja. Kont naf li Josef hu wieħed mill-aqwa kowċis li hawn ġo Malta u għalhekk din l-opportunità ħajritni. Meta ltqajt mal-president u man-nies tal-kumitat indunajt illi dan il-proġett kien wieħed serju u għalhekk aċċettajt li nissieħeb ma' dan it-tim.
Sena u ftit xhur wara nħares lejn dan l-istaġun bħala esperjenza pożittiva ħafna għax irnexxielna niksbu promozzjoni għall-Kampjonat Premier - promozzjoni illi titqies bħala waħda storika għax il-klabbtal-Gudja ħa jkun qiegħedjikkompeti f’dan il-kampjonat għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu.
Nitkellmu dwar l-aħħar staġun ta' Gudja. X’taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-istaġun?
Il-bidu ma kienx wieħed faċli. Fil-fatt, fl-ewwel sitt logħbiet tal-kampjonat irbaħna darba biss. Wieħed irid jiftakar ili sena u ftit xhur ilu, dan il-klabbkien għadu kif kiseb il-promozzjoni mill-kampjonat tat-tieni divizjoni u fis-sajf kien hemm numru ta’bidliet, speċjalment fejn għandhom x’jaqsmu plejers. Għalhekk, kien hemm bżonn ta’ftit żmien sakemm wieħed isib saqajh u naħseb li il-president u l-membri tal-kumitat kienu bravi ħafna illi fehmu dan il-bżonn u baqgħujemmnu fix-xogħol illi konna bdejna. F’Diċembru konna qegħdin mal-grupp ta’timijiet li stajna nilħqu l-promozzjoni u f’Jannar saru xi akkwisti ta’plejers li għollew il-livell tat-tim tagħna. Irnexxielna nirbħu numru ta’logħbiet wara xulxin u dawn poġġewna fil-pożizzjoni illi spiċċajna fiha - dik tat-tieni post.
Lil hinnmir-riżultati, naħseb illi kellna ħafna mumenti fejn irnexxielna nuru futbol sabiħ u propożittiv matul l-aħħar istagun.
X'tikkummenta fuq dan l-istaġun sa issa ta' Gudja United?
Xħin tħares lejn ir-riżultati wieħed jinduna li kien bidu diffiċli fil-kampjonat hekk kif fl-ewwel tmien logħbiet konna għadna ma ħadniex rebħa. Il-fatt li l-iskwadra kienet kważi kompletament ġdida kien ifisser li kien hemm bżonn ftit tal-ħin sakemm it-tim isib saqajh. Għalkemm f'dawn il-logħbiet ma ġbarniex ħafna punti, il-prestazzjonijiet bdew jitjiebu minn logħba għall-oħra u taqta' l-partita ta' kontra l-Gżira, f'kull logħba stajna nieħdu iktar punti milli ħadna. Il-logħba kontra Birkirkara kienet it-turning point f'terminu ta' riżultati, u minn dik il-logħba ’l quddiem irnexxielna niġbru 10 punti mit-12 disponibbli. Jidher li qbadna ritmu tajjeb fl-aħħar logħbiet iżda l-kampjonat huwa bilanċjat ħafna (kif tixhed il-klassifika), u għalhekk huwa importanti li nżommu dan ir-ritmu biex nilħqu l-għan tagħna għal dan l-istaġun.
Kemm tgħallimt mill-kors UEFA Pro li attendejt għalih riċentement ġewwa Bologna fl-Italja?
Il-kors tal-UEFA Pro taħt il-gwida ta' Stephen Grima huwa strutturat b'mod tajjeb ħafna. Il-kontenut tal-kors kif ukoll id-diskussjonijiet li jkollna bejnietna l-kowċis parteċipanti jgħinu biex inkomplu niżviluppaw l-ideat tagħna ta' futbol. L-esperjenza li kellna ġewwa Bologna kienet waħda pożittiva ħafna. Stajna naraw l-istrutturi u kif jopera klabb professjonali mill-viċin. Kellna l-opportunità li naraw it-tim ewlieni jitħarreġ u kif ippreparaw għal-logħba tal-Coppa Italia kontra l-Udinese u dik tal-kampjonat kontra AC Milan. Rajna wkoll lit-tim tal-Primavera kif ipprepara għal-logħba tiegħu kontra Inter. Kellna wkoll opportunità li nitkellmu mal-kowċ Sinisa Mihajlovic, mal-kowċ tal-goalkeepers Luca Bucci, mat-team manager Marco Di Vaio, mal-kumplament tal-istaff tekniku li jinkludi l-assistenti u l-analisti, mal-kowċ tal- Primavera Troisi, u morna wkoll l-Isokinetic lab fejn ikkuraw lil Roberto Baggio fost l-oħrajn għall-preparazzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Rajna wkoll il-logħbiet Parma kontra Frosinone u Bologna kontra AC Milan u assistejna wkoll għat-taħriġ tat-tim tal- basketball ta' Bologna u tkellimna mal-kowċis tagħhom biex naraw x'hemm simili u differenti fil-mod ta' kif jippreparaw it-tim tagħhom meta wieħed jikkumpara mal-futbol Malti.
Kemm titgħallem u kemm taħdem spalla ma' spalla mal-kowċ Josef Mansueto?
Dan huwa t-tieni staġun tiegħi naħdem ma' Josef. Kont naf li Josef huwa bniedem bravu u li jaħdem f’ħafna dettall u r-raġuni li għażilt li naħdem miegħu kien appuntu għalhekk għax kont ċert li kont ħa nitgħallem ħafna mingħandu. Ridt ukoll li nkun involut u li jkolli l-ispazju li naħdem u kont naf li Josef kien ħa jtini l-ispazju li xtaqt. Naħdmu flimkien fl-analiżi tal- logħob, fil-preparament tat-taħriġ, fit-taħriġ innifsu, fl-ippjanar tal-istrateġija li naddottaw għal kull logħba u fil-bidliet li jkun hemm bżonn fil-logħba. Bażikament, Josef, jiena, Matthew Psaila u Michael Church naqsmu x-xogħol kollu li jkun hemm bżonn isir mill-aspett tekniku. Naħdmu bħala tim wieħed imma ovvjament l-aħħar deċiżjoni tkun dejjem dik ta' Josef.
X'taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess biex bhala Gudja ksibtu l-promozzjoni għall-Kampjonat Premier?
Naħseb illi dan is-suċċess kien taħlita ta’ħafna komponenti li ħadmu tajjeb flimkien. Nibda billi nsemmi lill-president, Dr Duncan Borg Myatt, illi investa ħafna f’dan il-klabbu bis-saħħa tiegħu rnexxielna nibnu skwadra b’saħħitha. Iżda ma nixtieqx nillimita l-involviment tal-president għall-investiment biss għax Dr Borg Myatt irnexxielu jagħti viżjoni u direzzjoni lil kull min kien involut f'dan il-klabb ta’kif u fejn għandna naslu. Waqt dan il-proċess, il-president dejjem ta s-sapport kontinwu u f’waqtu lill-membri tal-kumitat, kowċis u plejers. Komponent importanti ieħor kienu l-membri tal-kumitat – dawn huma nies li għandhom qalb kbira li ħadmu fuq il-gwida tal-president u bis-saħħa ta' din il-ħidma Josef Mansueto u jien stajna nikkonċentraw fuq l-affarijiet tal-grawnd biss. L-aħħar u żgur mhux l-inqas nixtieq insemmi l-grupp ta’plejers eċċezzjonali li kellna. Apparti l-abbiltà ta’futbol, dan il-grupp kien magħmul minnħafna individwi li ngħaqdu flimkien għal għan wieħed u l-attitudni u l-karrattru ta’dawn il-plejers kienu fattur fundamentali biex ilħaqna s-suċċess tal-promozzjoni.
Taqbel li hemm differenza ta’ livell bejn it-timijiet ta’ fuq u dawk ta’ taħt fl-Ewwel Diviżjoni?
Il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni dejjem ikun wieħed ibbilanċjat u naħseb illi din is-sena ma kienx eċċezzjoni. Kien hemm ħafna logħbiet fejn it-tim li kien qed jokkupa pożizzjoni għolja fil-klassifika waqqa' l-punti ma' tim illi kien qiegħed taħtu. Nemmen illi d-differenza bejn it-timijiet tinħass iktar fil-Kampjonat Premier fejn storikament timijiet neo-promossi jbatu biex iżommu posthom mal-kbar. Għall-kuntrarju, fl-Ewwel Diviżjoni, it-timijiet li spiċċaw it-tieni u t-tielet fil-klassifika kienu żewġ timijiet li telgħumit-Tieni Diviżjoni fl-istaġun ta’qabel.
Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta’ livell ikkomparati mal-plejers Maltin?
Diffiċli biex wieħed jiġġeneralizza fuq din il-kwistjoni. Jiġu barranin illi l-livell tagħhom ikun wieħed għoli għal Malta u jkunu plejers illi jagħmlu d-differenza u jiġu oħrajn fejn il-plejers Maltin ikunu ta’livell aħjar.
Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat?
Għalkemm dejjem hemm iktar xi jsir, naħseb illi l-livell tal-grawnds fejn jintlagħab il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni huwa wiehed aċċettabli. Naħseb illi hemm affarijiet iktar żgħar illi nistgħunaħdmu fuqhom biex ngħollul-livell tal-logħba tagħna. Kumment partikolari li għandi huwa dwar in-numru ta’blalen illi jkunu preżenti għal-logħob tal-Ewwel Diviżjoni. F’ħafna mil-logħbiet ma jkunx hemm ball boysu jkun hemm ballun wieħed biss preżenti għal-logħba. Hekk kif dan il-ballun jaqbeż barra mill-pitch wieħed ikun irid jistenna sakemm jinħareġ ballun ieħor minn ġewwa. Dan ovvjament itellef mir-ritmu tal-logħba u ħaġa żgħira bħal din nemmen li tista' titranġa malajr għall-benefiċċju tal-logħba Maltija.
X’taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-istaġun sa issa?
Naħseb illi x-xogħol tar-referis huwa ferm diffiċli u kulħadd irid jaċċetta illi referi huwa suġġett għall-iżball bħalna l-kowċis u l-plejers. Wisq faċli biex tipponta subgħajk lejn ir-referi meta ma jiġix riżultat favur tiegħek. Xħin tqis kollox jien naħseb illi r-referis kellhom kontroll aċċettabli s’issa.
X’inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb?
Il-futbol fih ħafna sagrifiċċji li forsi mhux kulħadd japprezza. It-taħriġ ta’kuljum wara ġurnata xogħol (għal min mhuwiex professjonali) ma jħallilek tista' tgħid xejn bħala ħin liberu. Plejer tal-futbol irid ikun lest li jissagrifika l-ħin liberu tiegħu u jdawwar kollox mal-futbol.
Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol?
Mhu faċli xejn. Ix-xogħol tiegħi huwa impenjattiv ħafna u l-futbol jirrikjedi ħafna ħin ta’preparazzjoni. Nipprova nuża l-ħin tiegħi bl-aktar mod effiċjenti biex insib il-ħin għax-xogħol, għall-futbol, għall-mara u ż-żewġt itfal li għandi. L-imħabba li għandi għal dawn it-tliet affarijiet ma' xiex iddur ħajti ġġiegħlni nagħmel is-sagrifiċċji li jkun hemm bżonn biex nipprova nlaħħaq ma' kollox.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Il-futur huwa konsegwenza tax-xogħol li qiegħed nagħmel fil-preżent u għalhekk nippreferi nħares lejn kif nista' nagħmel l-aqwa xogħol possibli fil-preżent.
Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol.
Il-messaġġ tiegħi huwa li biex tagħmel karriera fil-futbol irid ikollok il-passjoni lejn dan l-isport. Il-passjoni se ġġiegħlkom tagħmlu s-sagrifiċċji u taħdmu kemm hemm bżonn biex wieħed jasal fejn irid jasal!