Nitkellmu ma' Sefora Scicluna

Sefora Scicluna hija Senior Executive, Training & Schemes, Jobsplus

L-iskemi li nieħu ħsieb jiena huma tlieta. Għandna l-Work Exposure Scheme, li tinvolvi sigħat fuq il-post tax-xogħol bħala placement. Għandna l-Work Exposure Scheme for Summer Students, li hija simili ħafna għall-Work Exposure Scheme, però hija mmirata direttament għall-istudenti. Għandna wkoll it-Traineeship Scheme.

It-Traineeship Scheme tinkorpora kemm taħriġ bħala placement fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll taħriġ formali f’forma ta’ kors, li jieħu ħsiebu l-Jobsplus.

L-għanijiet huma ħafna u diversi. Peress li, bħala eliġibbiltà, kemm il-Work Exposure Scheme, kif ukoll it-Traineeship Scheme huma miftuħin għal persuni li spiċċaw l-iskola obbligatorja sa 64 sena, issib varjetà kbira ta’ parteċipanti.

Issib min għadu kemm ħareġ minn fuq il-bank tal-iskola u jixtieq iġib daqsxejn esperjenza fuq post tax-xogħol. Ikun hemm ukoll min qed jipprova jara jekk dak ix-xogħol partikolari jew il-linja li hu interessat fiha tgħoddx għalih. Ikollna wkoll, pereżempju, nisa li kellhom it-tfal u waqfu mix-xogħol, imbagħad wara li jikbru t-tfal u jħossuhom komdi jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol, ikunu jridu jerġgħu jġibu lura dik il-kunfidenza.

Issib ukoll min kien jaħdem f’settur partikolari, iddejjaq, u jixtieq jesplora possibbiltajiet ġodda. Allura juża l-iskema bħala tip ta’ tester biex jara jekk tgħoddx għalih.

Il-parteċipanti jieħdu ċertifikat bil-kompetenzi kollha li jkunu kisbu waqt il-placement. Fil-każ tat-Traineeship, jekk it-trainee jagħmel tal-inqas 70% tas-sigħat tal-placement u tal-inqas 80% tal-kors, jieħu ċertifikat akkreditat fl-MQF Level 4.

Għall-iskemi hemm sistema ta’ applikazzjonijiet. Kif taħdem hija li kemm it-trainee kif ukoll l-employer jimlew applikazzjoni. Fil-każ tal-kumpanija, hemm il-possibbiltà li tagħmel talba għal job title wieħed għal kull applikazzjoni.

Min-naħa tat-trainees, għandhom massimu ta’ tliet preferenzi ta’ job titles li jistgħu jagħżlu. Min-naħa tagħna, kif nirċievu l-applikazzjonijiet u jiġu pproċessati, inqabblu t-talba tal-kumpanija mal-preferenzi li jkunu għażlu t-trainees.

Hemm ukoll il-possibbiltà ta’ dak li nsejħulu automatch, fejn min iħaddem ikun diġà għażel it-trainee. F’dak il-każ ikun hemm lok fuq l-applikazzjoni stess fejn min iħaddem jindika li għażel lil dik il-persuna partikolari.

Isibuha utli ħafna, speċjalment l-istudenti li jagħmlu l-Work Exposure Scheme for Summer Students. Ir-raġuni hija li din l-iskema hija maħsuba għall-istudenti biex ikunu jistgħu jagħmlu placement fis-sajf fil-qasam tal-preferenza tagħhom.

Waqt is-sena skolastika ma jkollhomx ċans minħabba l-istudju u l-lezzjonijiet. Permezz ta’ din l-iskema jkunu jistgħu jiġbru dawk li aħna nsejħulhom hard skills, jiġifieri l-ħiliet relatati man-natura tax-xogħol innifsu, kif ukoll soft skills li huma utli f’diversi tipi ta’ xogħlijiet.

Dawn jinkludu kif għandhom iġibu ruħhom fuq il-post tax-xogħol, kif għandhom jindirizzaw lis-superjuri tagħhom, kif għandhom jieħdu inizjattiva u kif jaħdmu ma’ oħrajn. Għalhekk isibuha utli ħafna.

Il-Work Exposure Scheme tinkludi bejn 200 u 280 siegħa fuq perjodu ta’ bejn 10 u 14-il ġimgħa. Id-differenza tiddependi fuq it-tip ta’ xogħol li jkun qed isir.

It-Traineeship Scheme għandha tul massimu ta’ 14-il ġimgħa, filwaqt li l-Work Exposure Sc

More in Socjali