Nitkellmu ma' Nicola Cini

Nicola Cini hija Department Manager, Jobseeker Services, Jobsplus

Jobs Plus toffri numru ta’ servizzi differenti, li aħna ngħidulhom servizzi normali. Però dejjem nindunaw li hemm grupp ta’ nies li forsi għandhom bżonn iktar għajnuna. Għal din ir-raġuni applikajna għal ESF plus project li jismu Vaste 2 u f’dan il-proġett qed noffru numru ta’ servizzi anċillari għas-servizzi li noffru aħna s-soltu. 

Hemm ħafna servizzi taħt dan il-proġett. Huwa proġett kbir kważi kważi ta’ tmintax-il miljun. Meta xi ħadd jisma’ bl-isem Vaste 2, awtomatikament se jsaqsi xi tfisser. Din tfisser Vocational Assessment Training and Support for Employment. Dawn huma s-servizzi li fil-qosor noffru f’dan il-proġett. Hemm qisu żewġ gruppi. Hemm il-maġġoranza tal-proġett hu mmirat lejn in-nies b’diżabilità u l-kumplament huwa mmirat lejn nies li pereżempju għadhom ħerġin mill-ħabs jew inkella xi ħadd li kien jieħu ċerti sustanzi u allura qed jerġa’ jintegra ruħu fis-soċjetà. Hemm ukoll nies bi kwistjonijiet żgħar oħra li ċertu sapport żgur li se jgħinhom.

Jekk nibdew minn dawk li għandhom xi diżabilità, hemm proċess sħiħ. Aħna l-ewwel naċċertaw li l-persuna għandha diżabilità, u minn hemmhekk jibda l-proċess taħt dan il-proġett. Imbagħad nibdew noffru occupation therapy assessment ability assessment  jiġifieri naraw x’tista’ tagħmel persuna, ma’ liema tipi ta’ xogħol huma adattati, u liema adattamenti jkun hemm bżonn fuq il-post tax-xogħol.

Minn hemmhekk imbagħad hemm il-Fondazzjoni Lino Spiteri. Fondazzjoni bi sħab bejn Jobs Plus u l-Fondazzjoni nnifisha. Apparti l-gwida normali li tingħata mill-Fondazzjoni Lino Spiteri qed noffru job coaching, kif ukoll corporate relations officers li joħorġu ’l barra jiltaqgħu ma’ min iħaddem u jispjegaw servizzi differenti u s-sustenn li nistgħu noffru jekk huma ħa jimpjegaw persuna jew għandhom persuna fuq il-post tax-xogħol b’diżabilità. 

Il-job coaches ukoll imorru hemmhekk jgħinu lil dak li jkun. Jekk ikun hemm biċċa xogħol, jaqsmuha f’biċċiet żgħar biex dak li jkun ma jaqtax qalbu, u jgħinu kemm jistgħu sakemm jidraw fuq il-post tax-xogħol. Kif qed taraw, hemm ħafna servizzi offruti minn hemmhekk. Għal dawk li huma iktar ’il bogħod mill-post tax-xogħol, hemm ukoll shelted employability training. Dan huwa tip ta’ taħriġ li qed jiġu offrut direttament mill-Jobs Plus minn numru ta’ job coaches impjegati mal-Jobs Plus fejn hemm qisu kurrikulu marbut ma’ affarijiet ta’ kuljum. Però niffukaw iktar u iktar fuq biċċiet ta’ xogħlijiet li nġibu min-naħa ta’ min iħaddem fejn isir taħriġ. Hemm ukoll occupation simulations varji jew cleaners, jew inkella fuq catering jew ġardinaġġ. Hemm taħlita vasta ta’ dawn it-tipi ta’ simulazzjonijiet. Barra minn hekk, imbagħad jieħdu esperjenza fuq il-post tax-xogħol. Dawn huma ftit mis-servizzi li qed noffru għal min għandu tip ta’ diżabilità. Ovvjament imbagħad hemm servizzi oħrajn li jmorru lil hinn minn dawn it-tip ta’ nies. 

Hemm numru ta’ aġenziji li nagħmlu outreach magħhom. Dawn l-aġenziji jistgħu jkunu aġenziji bħall-faċilità korrettiva jew inkella l-migrants unit. Naħdmu wkoll direttament ma’ aġenziji oħrajn li jaħdmu fuq diżabilitajiet speċifiċi, ngħidu aħna l-awtiżmu, ADHD, u aktar. Aħna nagħmlu l-outreach mal-midja. Għandna wkoll proġett li għalih se jkun hemm kampanja fuq il-midja soċjali biex kemm jista’ jkun titqajjem kuxjenza u n-nies hemm barra jkunu jafu bl-opportunitajiet li hemm disponibbli għalihom. Fuq kollox b’din il-kampanja jsibuha eħfef biex japplikaw. Immorru wkoll f’ċerti skejjel fejn nidentifikaw lil min forsi jkollu bżonn dak is-support. Nagħmlu wkoll laqgħat mal-ġenituri biex ninfurmawhom kemm jista’ jkun fuq is-servizzi varji li qed jiġu offruti biex imbagħad inkunu nistgħu nilħqu kemm jista’ jkun il-gruppi tagħna. 

Bejn wieħed u ieħor ġa lħaqna l-elf, u sal-aħħar tal-proġett nixtiequ nilħqu 3000. Ma nidejniex is-servizzi kollha taħt dan il-proġett. Bdejna bi ftit u għad baqa’ servizzi oħrajn x’jinħarġu. Se nkunu qed inniduhom matul dawn is-sentejn li ġejjin. Il-maġġoranza tas-servizzi jinsabu Malta, però għandna persentaġġ tajjeb ukoll minn Għawdex. L-istess servizzi li qed jingħataw Malta qegħdin jingħataw ukoll f’Għawdex u ħa jkun hemm ukoll taħriġ li bħalissa għadu ma ġiex imniedi kif ukoll ċertu support mir-Richmond Foundation li huma wkoll sħab oħrajn tagħna f’dan il-proġett.

 

More in Socjali