Nitkellmu ma’ Graziella Cauchi
Graziella Cauchi hija Department Manager, Employment Licence Unit ma' Jobsplus
Jobsplus ilha mill-2005 li ġiet iddelegata bħala l-awtorità li toħroġ il-permessi tax-xogħol lin-nies barranin. Il-liġi hija vera restrittiva u tgħid bażikament li kull persuna li mhijiex Maltija u lanqas hija EU National għandha bżonn permess tax-xogħol biex tagħmel kull forma ta’ xogħol jew attività ġewwa Malta, jew anke biex tagħti servizz ġo pajjiżna.
Dawn in-nies għandhom bżonn dat-tip ta’ permess u japplikaw mal-Jobsplus biex aħna noħorġuhulhom. Ovvjament, il-permess ma jinħariġx b’mod awtomatiku, imma huwa suġġett għal ċerti testijiet u nagħmlu dak li nsejħulu l-Labour Market Testing. Wara li nirċievu l-applikazzjonijiet,nagħmlu d-due diligence tagħna, nagħmlu l-labour market tests, u mbagħad nieħdu deċiżjoni għanduxjinħareġ jew le l-permess tax-xogħol biex persuna li tkun ġejja minn pajjiż terz tkun tista’ taħdem ġewwa Malta.
Il-maġġoranza tal-applikazzjonijiet huma kollha għal raġunijiet ta’ xogħol, jiġifieri min iħaddem irid japplikalhom. B’hekk l-applikazzjoni trid tiġi sottomessa mingħand min iħaddem (l-employer) f’isem l-individwu u għal xogħol partikolari. Fil-fatt, il-liċenzja tinħareġ pereżempju biex persuna A taħdem ma’ ABC Limited bħala kok jew bħala cleaner. Id-designation tkun vera speċifika għal xogħol partikolari ma’ employer partikolari.
Aħna, apparti li nagħmlu testijiet fuq min iħaddem, nagħmlu testijiet fuq l-individwu. Nagħmlu wkoll testijiet fuq is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol, jiġifieri jekk matul is-snin naraw li hemm ċertu settur jew ċerta industrija partikolari li hemm saturazzjoni fiha, naraw li ma jiġux impurtati aktar ħaddiema barranin. Nistgħu ngħidu li f’dan is-settur mhux ħa nibqgħu naċċettaw applikazzjonijiet.
Fil-fatt f’Gunju tal-2024, il-Jobsplus, flimkien ma’ entitajiet oħra kkonċernati, għamilna dan it-tip ta’ capping fuq is-settur tax-xufiera u tal-Y plates u tal-cab drivers. Aħna rajna li dak is-settur diġà kien imtela b’ħaddiema biżżejjed u allura l-importazzjoni tal-ħaddiema barranin f’dan is-settur kienet suġġetta għal iktar restrizzjonijiet.
Kif semmejt diġà, id-due diligence nagħmluh fuq tliet binarji; fuq l-individwu, fuq min iħaddem li huwa fil-fatt l-aktar test rigoruż li nagħmlu, u anke fuq is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol. Meta nirċievu applikazzjonijiet mingħand min iħaddem, l-ewwel ħaġa li naraw tkun it-trends tagħhom, l-employment records tagħhom, u kemm-il darba applikaw fil-passat. Naraw anke x’nies iħaddmu u kemm iħaddmu nies. Naraw anke kemm itterminaw nies u għaliex għandhom rata għolja ta’ terminazzjoni. Dan nagħmluh biex aħna kemm jista’ jkun nippruvaw niċċertifikaw li min iħaddemgħandu biżżejjed xogħol biex iġib lil dan il-ħaddiem min-naħa l-oħra tad-dinja. Ġaladarba jiġi l-barrani, ħa jtih ix-xogħol li huwa dovut u ħa josserva l-obbligi legali li għandu u jtih id-drittijiet li għandu skont il-kundizzjonijiet tax-xogħol.
Il-liġi tas-single permit – li hija liġi li tirregola dan il-proċess – tagħti lill-membri stati kollha fl-Ewropa l-possibbiltà li jaħdmu din l-applikazzjoni f’disgħin jum. Aħna bħala Jobsplus nieħdu sehem minn dan il-proċess għax il-proċess kollu jinvolvi li min iħaddem japplika għall-identità tal-persuna permezz ta’ residenza u xogħol, u aħna nassessjaw il-parti tal-impjieg.
Xi ħaġa li bdejna nagħmlu anke f’dawn l-aħħar snin hi li iktar milli noqogħdu nistennew li nirċievu applikazzjoni u naħdmuha dak il-ħin, nagħmlu dan il-labour market testing fuq il-ħaddiema kollha ta’ Malta darba fix-xahar. Jiġifieri jekk min iħaddem ikun għadu qas biss applika għal xi ħadd barrani, aħna nkunu diġà għamilna t-testijiet fuqu. Allura l-mument li nirċievu l-applikazzjoni mingħand Identità bħala Jobsplus, jekk kollox ikun kif suppost u d-dokumentazzjoni kollha tkun korretta,normalment fi żmien ħamest ijiem ngħaddu l-approvazzjoni jew ir-rifjut tagħna lill-Identità.
Il-policy fil-fatt tpoġġi ’l quddiem 32 rakkomandazzjoni. L-implimentazzjoni tagħha ma ġietx f’daqqa.Mhux kull rakkomandazzjoni ġiet implimentata f’daqqa u bdejna nimplimentaw uħud mir-rakkomandazzjonijiet f’Awwissu, oħrajn f’Ottubru, u oħrajn daħlu f’Jannar.
L-iktar miżuri li jaffettwaw lill-Jobs Plus huma tlieta primarjament. L-ewwel għandek il-workforce application limit li tpoġġi limitu ta’ kemm employer jista’ jikber fis-sena bil-ħaddiema. Fejn jidħlu l-barranin, il-kalkulazzjoni ssir anke skont id-daqs tal-kumpanija. Miżura oħra tirrikjedi li min iħaddemma jkollux rati għolja ta’ terminazzjonijiet. Jekk dan ikun il-każ, hemm ċans li ma jkunx jista’ jibqa’ jħaddem lin-nies barranin.
U t-tielet miżura li daħlet hija li min iħaddem irid ikun konformi mal-liġi tan-nies tad-diżabilità. Ma ninsewx li min iħaddem huwa obbligat idaħħal miegħu persentaġġ ta’ nies b’diżabilità, u jekk ma jistax iħaddimhom irid iħallas kontribuzzjoni. Għal tul ta’ snin kien hemm ħafna employers ma kinux konformi ma’ din il-liġi. Aħna min-naħa tagħna, ġaladarba daħlet il-labour migration policy, dawk l-employers li ma kinux konformi, ma konniex qed noħorġulhom l-applikazzjonijiet tat-third countrynationals. U fil-fatt meta implimentajna dawn it-tliet miżuri rajna li ħafna mill-employers fil-fatt ġew konformi u ħallsu l-obbligi tagħhom.
Għad fadal miżuri oħra x’jidħlu, imma dawn ħa jkunu qegħdin jidħlu dejjem bil-mod il-mod. L-għan tal-policy huwa li kemm jista’ jkun ikollna settur li jimxi mar-regoli imposti. Ma nixtiqux li f’daqqa waħda ma jkunx hemm employer li ma jistax iħaddem third country national wieħed. L-iskop immahuwa li nsibu dak il-bilanċ bejn il-bżonn tas-suq tax-xogħol, il-bżonnijiet ta’ min iħaddem u fl-aħħar mill-aħħar li nissalvagwardjaw id-drittijiet tal-individwu.
