Nitkellmu ma’ Maria Sammut
Maria Sammut hija Senior Executive Investing in Skill Scheme ma' Jobsplus
L-Investing in Skills hija skema li tħeġġeġ impjegati jagħmlu korsijiet f’isem il-kumpanija jew inkella jekk huma self-employed huma eleġibbli wkoll biex itejbu l-ħiliet tagħhom f’korsijiet li jkollhom bżonn fil-qasam li huma jaħdmu fih.
Bħala skema din toffriha biss lill-privat. Kunsilli lokali jew entitajiet tal-gvern mhumiex eleġibbli. Jistgħu japplikaw online mis-sit elettroniku tagħna www.jobs plus.gov.mt mis-sezzjoni tal-Investing in Skills. L-applikazzjoni trid tiġi ssottomessa sa sebat ijiem qabel ma jibda l-kors. Iridu jissottomettuwkoll programm ta’ taħriġ bit-template tagħna li jrid jiġi mimli mis-service provider, jiġifieri dak li ħa joffri l-kors. Korsijiet li huma bħal team building mandatorju bil-liġi, konferenzi jew meetings mhumiex eleġibbli. Ma nagħtux il-fondi kollha li jkunu nħarġu mill-kumpanija, sew jekk hija kumpanija kbira, medja jew żgħira. Aħna nagħtu sa 70%, 60% u 50% skont is-saħħa tal-kumpanija.
Jistgħu japplikaw għal kwalunkwe kors. Ħa jgħaddi minn proċess ta’ evalwazzjoni qabel aħna ngħidu iva jew le. Bażikament bħala grupp ma jistax ikun iktar minn 10 applikanti eleġibbli, inkella jridu jinqasmu fi gruppi differenti. Japplikaw kif għedna sa sebat ijiem qabel ma jibda l-kors, u jissottomettu programm ta’ taħriġ biex aħna nkunu nistgħu nivvettjaw il-kontenut tiegħu u l-iskeda tat-taħriġ ta’ kif ħa jinqasam il-kors. Il-kors jista’ jkun kemm classroom, u kemm self-lead. Jekk ikun self-lead irid ikun akkreditat u anki online. F’dak il-każ ikunu jridu jżommu d-dokumenti, bħal ċertifikati u attendence sheets, ħalli mbagħad meta nirrimborżaw il-flus, aħna nitolbuhomlhom, ħalli mbagħad ikollna vettings biex naraw li verament ikun sar il-kors u jkun hemm ukoll anke tip ta’ monitoring li jmorru jaraw jekk il-kors hux qed isir.
Bħala parteċipazzjoni kellna ’l fuq minn 11,000 parteċipant/impjegat li bbenefikaw minn din l-iskema. Sa Frar 2026 irċevejna ’l fuq minn 4,500 applikazzjoni.
